Il-Kcina / The Kitchen

Baħħara / A metal container for cleansing the house

Baħħara / A metal container for cleansing the house

Il-baħħara kienet tintuża biex tbaħħar fid-djar. Kien oġett tal-ħadid, speċi ta’ kontenitur li fiħ kien jitpoġġa xi ħwawar fejn ir-riħa tagħhom kien ikeċċi l-magħmul ħazin. Aparti l-użu tat-tbaħħir kien ukoll jintuża biex ikeċċi xi nemus li kien jagħti fastidju lill-persuni f’xi għorfa jew inkella f’xi rażżett, fejn anke l-ħmieġ tal-bhejjem kien jiġbed ħafna dbieben u nemus. Għalhekk il-baħħara kellha funżjoni iġenika, li iżżomm ‘l-bogħod il-mard mill-abitat.

A metal container used when cleansing the house. Inside, different types of herbs where placed and burned and with their smell bad energies were expelled from the house. Apart from cleansing the house, it was also used to get rid of bugs that would bother people that lived in the farmhouse, as the manure from the animals attracts a lot of flies and mosquitoes. This is how this container had a hygienic function that would keep at bay illnesses.