Ghodda / Wooden Tools

Ċagħna / Hand planes

Ċagħna / Hand planes

Diversi forom ta’ ċagħna li kienu jissejħu diversi ismijiet għaliex kien jintużaw għal diversi skopijiet. Għalkemm jidhru l-istess, il-varjazzjoni fl-isem kien jiddistinjoni bejn ċagħna w’ oħra. Hawn issib il-valoppa, il-mezza, iċ-ċagħna u l-gullieri tal-batanti. Il-mastrudaxxa kellu għażla ta’ dawn it-tipi ta’ ċagħna li kienu jintużaw fuq injam differenti mhux biss fil-lewn imma wkoll fl-istruttura tal-injam li tvarja minn injam iebes mis-siġar tal-ġellewż għal dak mis-siġar tal-larinġ.

Different types of hand planes that were called different names depending on their uses. Although they look the same, their names would distinguish them between one and another. Here you find the jointer plane, jack plane, smoothing planes u spill plane. The carpenter could choose between these types of planes depending on different types of wood and use. The colour but even the structure of the wood varies from one hardwood to another, such as that of hazelnut trees and orange trees.