Il-Kcina / The Kitchen

Ħadida tal-mgħodija / Iron

Ħadida tal-mgħodija / Iron

Il-ħadida tal-mgħodija li kienet tissaħħan fuq l-ispiritiera tal-ftila. Kienet tissaħħan b’fjamma baxxa sakemm il-qiegħ tal-ħadida jssir taħraq u t-temperatura tkun għolja fejn il-mgħodija tal-ħwejjeġ kienet issir aktar bil-galbu. Ġieli wkoll kienu jitwaddbu xi qtar tal-ilma qabel ma wieħed kien jgħaddi xi drapp, u allura malli l-ħadida kienet tmiss mal-ilma fuq id-drapp kien jibda jfexfex. L-ilma fil-mgħodija kien jintuża skond id-drapp.

The iron that would have been heated up on a gas stove on a small flame until the bottom of the iron would become hot. The clothes would then be ironed carefully. Small drops of water were also sprayed on the clothes before they were ironed to create steam. Water would be used depending on the fabric.