Ghodda / Wooden Tools

Srieraq u formaturi / Saws and firmer chisels

Srieraq u formaturi / Saws and firmer chisels

Id-diversi forom ta’ srieraq u formaturi. Is-serrieq it-twil kien jintuża fil-qtugħ favur il-vina tal-injam. Serrieq ieħor kien jintuża fil-qtugħ kontra l-vina tal-injam waqt li l-pedan li  kien jagħmel il-bejta fil-minċott kien furmatur oħxon għall-minċotti. Il-furmaturi kienu jintużaw għall-minċotti fejn il-mastrudaxxa kellu diversi furmaturi għall-diversi tħaffir fl-injam. Ħafna drabi l-mastrudaxxa kien juża mazza żgħira fuq il-furmatur biex jinżel fil-fond tal-injam skont kif ikun irid il-minċott. Is-serrieq bid-dahar kien jaqta’ dritt.

Diverse saws and firmer chisels. The long saw was used to cut along the wood vein. Another saw was used to cut against the wood vein while the thick chisel would form the tenon. The chisel would be used to carve into wood. Most of the time the carpenter would use a small hammer with the chisel to carve deeper into the wood.